|
+Artikolu 11 Koordinazzjoni tal-miżuri |
Artikolu 11 Koordinazzjoni tal-miżuriArtikolu 11 Koordinazzjoni tal-miżuri Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-miżuri meħuda biex jittrasponu u jimplimentaw din id-Direttiva jiffurmaw parti integrali minn, u jkunu konsistenti ma’, il-programmi tagħha ta’ miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/56/KE għal dawk l-Istati Membri li għandhom ilmijiet marini, il-programmi ta’ miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-iskart u l-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart stabbiliti skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-pjanijiet tal-akkoljenza u t-trattament tal-iskart stabbiliti taħt id-Direttiva (UE) 2019/883. Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw l-Artikoli 4 sa 9 ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-ikel tal-Unjoni biex jiżguraw li l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel ma jiġux kompromessi. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ alternattivi sostenibbli għall-plastik li jintuża darba biss fejn possibbli għal materjali intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|