Il-fornituri għandhom joffru lill-klijenti finali b'għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas. Tali metodi ta' ħlas ma għandhomx jiddiskriminaw b'mod mhux dovut bejn il-klijenti. Kwalunkwe differenza fit-tariffi marbuta mal-metodi tal-ħlas jew ma' sistemi ta' ħlas minn qabel għandha tkun oġġettiva, nondiskriminatorja u proporzjonata u m'għandhiex taqbeż l-ispejjeż diretti mġarrba mill-benefiċjarju għall-użu ta' metodu ta' ħlas speċifiku jew ta' sistema ta' ħlas minn qabel, f'konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
).