+Artikolu 10 Drittijiet kuntrattwali bażiċi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Article 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
---+Artikolu 10 10.
---+Artikolu 10 11.
---+Artikolu 10 12.

Artikolu 10 Drittijiet kuntrattwali bażiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali kollha jkunu intitolati li jkollhom l-elettriku tagħhom ipprovdut minn fornitur, suġġett għal qbil tal-fornitur, irrispettivament f'liema Stat Membru jkun reġistrat il-fornitur, sakemm li l-fornitur jimxi mar-regoli dwar il-kummerċ u l-ibbilanċjar applikabbli. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li proċeduri amministrattivi ma jiddiskriminawx kontra fornituri li diġà huma reġistrati fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 10 2.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE ( 7 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali għandhom id-drittijiet ipprovduti fil-paragrafi 3 sa 12 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 10 3.

Il-klijenti finali għandhom id-dritt ta' kuntratt mal-fornitur tagħhom li jispeċifika:

(a) 

l-identità u l-indirizz tal-fornitur;

(b) 

is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-servizzi offruti kif ukoll iż-żmien għall-ewwel konnessjoni;

(c) 

it-tipi ta' servizzi ta' manutenzjoni offruti;

(d) 

il-mezzi kif tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi, il-ħlasijiet għall-manutenzjoni applikabbli u l-prodotti jew is-servizzi magħquda kollha;

(e) 

it-tul tal-kuntratt, il-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inklużi l-prodotti jew is-servizzi li huma magħquda ma' dawk is-servizzi, u jekk hijiex permessa t-terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt;

(f) 

kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta' rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizz kuntrattat ma jintlaħqux, inklużi kontijiet mhux korretti jew li jdumu ma jinħarġu;

(g) 

il-metodu biex tinbeda proċedura għar-riżoluzzjoni ta' tilwima f'konformità mal-Artikolu 26;

(h) 

informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur, inkluż informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-paragrafu, li hija kkomunikata b'mod ċar fuq il-kont jew fuq is-sit web tal-impriża tal-elettriku,

Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Fejn xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet msemmija f'dan il-paragrafu għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

Klijenti finali għandhom jiġu pprovduti b'sommarju tal-kondizzjonijiet kuntrattwali prinċipali b'mod prominenti u b'lingwaġġ konċiż u sempliċi.

Article 10 4.
Final customers shall be given adequate notice of any intention to modify contractual conditions and shall be informed about their right to terminate the contract when the notice is given. Suppliers shall notify their final customers, in a transparent and comprehensible manner, directly of any adjustment in the supply price and of the reasons and preconditions for the adjustment and its scope, at an appropriate time no later than two weeks, or no later than one month in the case of household customers, before the adjustment comes into effect. Member States shall ensure that final customers are free to terminate contracts if they do not accept the new contractual conditions or adjustments in the supply price notified to them by their supplier.
Artikolu 10 5.
Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti finali b'informazzjoni trasparenti dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli u dwar it-termini u l-kondizzjonijiet standards, fir-rigward tal-aċċess għal u l-użu tas-servizzi tal-elettriku.
Artikolu 10 6.
Il-fornituri għandhom joffru lill-klijenti finali b'għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas. Tali metodi ta' ħlas ma għandhomx jiddiskriminaw b'mod mhux dovut bejn il-klijenti. Kwalunkwe differenza fit-tariffi marbuta mal-metodi tal-ħlas jew ma' sistemi ta' ħlas minn qabel għandha tkun oġġettiva, nondiskriminatorja u proporzjonata u m'għandhiex taqbeż l-ispejjeż diretti mġarrba mill-benefiċjarju għall-użu ta' metodu ta' ħlas speċifiku jew ta' sistema ta' ħlas minn qabel, f'konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
Artikolu 10 7.
Skont il-paragrafu 6, il-klijenti domestiċi li għandhom aċċess għas-sistemi ta' ħlas minn qabel ma għandhomx jitqegħdu fi żvantaġġ mis-sistemi ta' ħlas minn qabel.
Artikolu 10 8.
Il-fornituri għandhom joffru lill-klijenti finali termini ġenerali u kondizzjonijiet ġusti u trasparenti li għandhom jiġu pprovduti b'lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu u m'għandhomx jinkludu ostakli mhux kuntrattwali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi, bħaldokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva. Il-klijenti għandhom jiġu protetti kontra l-metodi mhux imparzjali u qarrieqa ta' bejgħ.
Artikolu 10 9.
Il-klijenti finali għandhom id-dritt għal standard tajjeb ta' servizz u indirizzar tal-ilmenti mill-fornituri tagħhom. Il-fornituri għandhom jindirizzaw l-ilmenti b'mod sempliċi, ġust u malajr.
Artikolu 10 10.
Meta jaċċedu għal servizz universali taħt id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27, il-klijenti finali għandhom jiġi informati dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tas-servizz universali.
Artikolu 10 11.
Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti domestiċi b'informazzjoni adegwata dwar miżuri alternattivi għall-iskonnessjoni, biżżejjed minn qabel kwalunkwe skonnessjoni ppjanata. Tali miżuri alternattivi jistgħu jirreferi għas-sorsi tal-appoġġ biex tiġi evitata l-iskonnessjoni, pjanijiet ta' ħlas minn qabel, awditjar tal-enerġija, servizzi ta' konsulenza dwar l-enerġija, pjanijiet ta' ħlas alternattivi, konsulenza dwar il-ġestjoni tad-dejn jew moratorji għall-iskonnessjoni u ma jikkostitwixxux spiża ulterjuri għall-klijenti li jkunu qed jaffaċċjaw l-iskonnessjoni.
Artikolu 10 12.
Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti finali b'kont finali ta' għeluq wara kwalunkwe bidla fil-fornitur mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tali bidla tkun seħħet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.