+Artikolu 12 Dritt għall-bdilu regoli dwar tariffi marbuta mal-bdil
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.

Artikolu 12 Dritt għall-bdilu regoli dwar tariffi marbuta mal-bdil

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Il-bdil ta' fornitur jew ta' parteċipant tas-suq involut f'aggregazzjoni għandu jsir fl-iqsar żmien possibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li klijent li jixtieq jibdel il-fornituri jew il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni, filwaqt li jirrispetta l-kondizzjonijiet kuntrattwali, jkun intitolat għal tali bidla fi żmien massimu ta' tliet ġimgħat mid-data tat-talba. Sa mhux aktar tard mill-2026, il-proċess tekniku tal-bdil tal-fornitur m'għandux jieħu aktar minn 24 siegħa u għandu jkun possibbli fi kwalunkwe jum ta' xogħol.
Artikolu 12 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas il-klijenti domestiċi u l-intrapriżi ż-żgħar ma jeħlu l-ebda tariffi marbuta mal-bdil.
Artikolu 12 3.
B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri jew lill-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni jimponu fuq il-klijenti tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt fejn dawk il-klijenti volontarjament itemmu kuntratti għal terminu fiss, bi prezz fiss ta' provvista tal-elettriku qabel dawn ma jkunu mmaturaw, dment li tali tariffi jkunu parti minn kuntratt li l-klijent ikun daħal għalih volontarjament u li tali tariffi jiġu kkomunikati b'mod ċar lill-klijent qabel ma jidħol għall-kuntratt. Tariffi bħal dawn għandhom ikunu proporzjonati u m'għandhomx jeċċedu t-telf ekonomiku dirett għall-fornitur jew il-parteċipanti tas-suq impenjat fl-aggregazzjoni li jirriżultaw mit-terminazzjoni mill-klijent tal-kuntratt, inkluż l-ispejjeż ta' kwalunkwe investimenti magħquda jew servizzi li diġà jkunu ġew provduti lill-klijent bħala parti mill-kuntratt. L-oneru li jiġi pprovat it-telf ekonomiku dirett għandu jkun fuq il-fornitur jew fuq il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni, u l-permissibbilà tat-tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt għandha tiġi mmonitorjata mill-awtorità regolatorja, jew minn awtorità kompetenti nazzjonali oħra.
Artikolu 12 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dritt tal-bdil tal-fornitur jew il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni jingħata lill-klijenti b'mod mhux diskriminatorju fir-rigward tal-ispiża, l-isforz u l-ħin.
Artikolu 12 5.
Il-klijenti domestiċi għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fi skemi ta' bdil kollettiv. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli regolatorji jew amministrattivi kollha għall-bdil kollettiv, filwaqt li jipprovdu qafas li jiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni għall-konsumaturi biex jevitaw kwalunkwe prattika abbużiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.