+Artikolu 14 Għodod għat-tqabbil
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.

Artikolu 14 Għodod għat-tqabbil

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas il-klijenti domestiċi u l-mikrointrapriżi b'konsum annwali previst inferjuri għal 100 000  kWh ikollhom aċċess b'xejn, għal tal-anqas għodda waħda għat-tqabbil tal-offerti tal-fornituri, inklużi offerti għall-kuntratti dwar prezz dinamiku tal-elettriku. Il-klijenti għandhom jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' tali għodod fil-kontijiet tagħhom jew flimkien magħhom jew b'modi oħra. L-għodda għandhom jissodisfaw tal-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ikunu indipendenti mill-parteċipanti kollha fis-suq u jiżguraw li l-impriżi tal-elettriku jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tiftix;

(b) 

jiddivulgaw biċ-ċar lis-sidien tagħhom kif ukoll il-persuna naturali jew ġuridika li topera u tikkontrolla l-għodda, u anke informazzjoni dwar kif inhuma ffinanzjati l-għodod;

(c) 

jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom għandu jkun ibbażat it-tqabbil, inklużi s-servizzi, u jiddivulgawhom;

(d) 

jużaw lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;

(e) 

jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata u jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament;

(f) 

ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà, billi jkunu perċepibbli, operattivi, komprensibbli, u robusti;

(g) 

jipprovdu proċedura effettiva għar-rapportar ta' informazzjoni żbaljata dwar offerti ppublikati; u

(h) 

iqabblu filwaqt li jillimitaw id-data personali mitluba għal dik strettament neċessarja għat-tqabbil.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas għodda waħda tkopri s-suq kollu kemm hu. Meta diversi għodod ikopru s-suq, dawk l-għodod għandhom jinkludu, b'mod komplut kemm jista' jkun, firxa ta' offerti għall-elettriku li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, meta dawk l-għodod ma jkoprux is-suq għalkollox, dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati.

Artikolu 14 2.
L-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitħaddmu minn kwalunkwe entità, inklużi l-kumpaniji privati u awtoritajiet jew korpi pubbliċi.
Artikolu 14 3.
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda li tkun responsabbli għall-ħruġ ta' marki ta' fiduċja għall-għodod ta' tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, u sabiex tiżgura li l-għodod għat-tqabbil li għandhom marka ta' fiduċja jibqgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Dik l-awtorità għandha tkun indipendenti minn kull parteċipant tas-suq u operatur ta' għodod tat-tqabbil.
Artikolu 14 4.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-għodod għat-tqabbil imsemmija fil-paragrafu 1 jinkludu kriterji komparattivi marbuta man-natura tas-servizzi offruti mill-fornituri.
Artikolu 14 5.
Kwalunkwe għodda li tqabbel l-offerti tal-parteċipanti fis-suq għandha tkun eliġibbli għal applikazzjoni għal marka ta' fiduċja skont dan l-Artikolu fuq bażi volontarja u mhux diskriminatorja.
Artikolu 14 6.
Permezz ta' deroga mill-paragrafi 3 u 5, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jipprovdux għall-ħruġ ta' marki ta' fiduċja għall-għodod ta' tqabbil jekk awtorità jew korp pubbliku jipprovdi għodda ta' tqabbil li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.