|
+Artikolu 16 4. |
Artikolu 16 4.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin id-dritt li jmexxu netwerks tad-distribuzzjoni fiż-żona tagħhom ta' operazzjoni u jistabbilixxu l-proċeduri rilevanti, mingħajr ħsara għall-Kapitolu IV jew għal regoli u regolamenti oħrajn li japplikaw għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni. Jekk jingħata tali dritt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:
(a)
ikunu intitolati jikkonkludu ftehim dwar l-operazzjoni tan-netwerk tagħhom mal-operatur rilevanti tas-sistema ta' distribuzzjoni jew tas-sistema ta' trażmissjoni li magħhom ikun imqabbad in-netwerk tagħhom;
(b)
huma soġġetti għall-imposti xierqa tan-netwerk fil-punti tal-konnessjoni bejn in-netwerk tagħhom u n-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin u li tali imposti tan-netwerk jieħdu kont b'mod separat għall-elettriku trażmess lejn in-netwerk tad-distribuzzjoni kif ukoll l-elettriku kkunsmat min-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin f'konformità mal-Artikolu 59(7);
(c)
ma jiddiskriminawx jew jagħmlu ħsara lill-klijenti li jibqgħu konnessi mas-sistema tad-distribuzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|