+Artikolu 16 Komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.

Artikolu 16 Komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu qafas regolatorju abilitanti għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, biex b'hekk jiżguraw li:

(a) 

il-parteċipazzjoni f'komunità tal-enerġija taċ-ċittadin tkun miftuħa u volontarja;

(b) 

il-membri jew l-azzjonisti ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin jitħallew jitilqu mill-komunità, f'liema każ japplika l-Artikolu 12;

(c) 

il-membri jew l-azzjonisti ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin ma jitilfux id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti domestiċi jew klijenti attivi;

(d) 

soġġett għal kumpens ġust kif ivvalutat mill-awtorità regolatorja, l-operaturi rilevanti tas-sistema tad-distribuzzjoni jikkooperaw mal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti tal-elettriku fil-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin;

(e) 

il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin huma soġġetti għal proċeduri u tariffi nondiskriminatorji, proporzjonati, ġusti u trasparenti, inkluż firrigward tar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar, kif ukoll tariffi tan-netwerk trasparenti, nondiskriminatorji u li jirriflettu l-ispiża f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u b'hekk jiżguraw li jikkontribwixxu b'mod adegwat u bbilanċjat għall-qsim tal-ispejjeż globali tas-sistema.

Artikolu 16 2.

L-Istati Membri jistgħu, fil-qafas regolatorju abilitanti, jipprevedu li l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:

(a) 

ikunu miftuħa għal parteċipazzjoni transkonfinali;

(b) 

ikunu intitolati jkunu s-sidien ta', jistabbilixxu jew jikru, netwerks ta' distribuzzjoni u li jamministrawhom b'mod awtonomu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(c) 

ikunu soġġetti għall-eżenzjonijiet previsti mill-Artikolu 38(2).

Artikolu 16 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:

(a) 

ikunu jistgħu jaċċessaw is-swieq tal-elettriku kollha, direttament jew permezz tal-aggregazzjoni b'mod mhux diskriminatorju;

(b) 

ikunu trattati b'mod proporzjonat u mhux diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, produtturi, fornituri, operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni jew parteċipanti fis-suq involuti f'aggregazzjoni;

(c) 

ikunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943;

(d) 

fir-rigward tal-konsum tal-elettriku li jiġġeneraw huma stess, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jitqiesu bħala klijenti attivi skont il-punt (e) tal-Artikolu 15(2);

(e) 

ikunu intitolati jagħmlu arranġamenti fi ħdan il-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin għall-qsim tal-elettriku li jiġi prodott permezz tal-unitajiet ta' produzzjoni li jkunu l-proprjetà tal-komunità, soġġett għal rekwiżiti oħrajn stabbiliti f'dan l-Artikolu u soġġett għall-membri tal-komunità li jżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali.

Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, meta l-elettriku jinqasam, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-imposti u t-tariffi tan-netwerk applikabbli, skont analiżi trasparenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-riżorsi tal-enerġija distribwita żviluppata mill-awtorità kompetenti nazzjonali.

Artikolu 16 4.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin id-dritt li jmexxu netwerks tad-distribuzzjoni fiż-żona tagħhom ta' operazzjoni u jistabbilixxu l-proċeduri rilevanti, mingħajr ħsara għall-Kapitolu IV jew għal regoli u regolamenti oħrajn li japplikaw għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni. Jekk jingħata tali dritt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:

(a) 

ikunu intitolati jikkonkludu ftehim dwar l-operazzjoni tan-netwerk tagħhom mal-operatur rilevanti tas-sistema ta' distribuzzjoni jew tas-sistema ta' trażmissjoni li magħhom ikun imqabbad in-netwerk tagħhom;

(b) 

huma soġġetti għall-imposti xierqa tan-netwerk fil-punti tal-konnessjoni bejn in-netwerk tagħhom u n-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin u li tali imposti tan-netwerk jieħdu kont b'mod separat għall-elettriku trażmess lejn in-netwerk tad-distribuzzjoni kif ukoll l-elettriku kkunsmat min-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin f'konformità mal-Artikolu 59(7);

(c) 

ma jiddiskriminawx jew jagħmlu ħsara lill-klijenti li jibqgħu konnessi mas-sistema tad-distribuzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.