+Artikolu 19 6.

Artikolu 19 6.

Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar is-sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet futuri u għall-installazzjonijiet li jissostitwixxi kejl intelliġenti eqdem. Is-sistemi ta' kejl intelliġenti li diġà huma installati, jew għalihom “il-bidu tax-xogħol” beda qabel l-4 ta' Lulju 2019, jistgħu jibqgħu jaħdmu tul il-ħajja tagħhom iżda, fil-każ ta' sistemi ta' kejl intelliġenti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 u l-Anness II, ma jibgħux jaħdmu wara l-5 ta' Lulju 2031.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “il-bidu tax-xogħol” tfisser jew il-bidu tax-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-investiment jew l-ewwel impenn vinkolanti biex jiġi ordnat tagħmir jew impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema jseħħ l-ewwel. Ix-xiri tal-art u xogħlijiet ta' preparazzjoni bħall-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji preliminarji ta' fattibbiltà ma jitqisux bħala l-bidu tax-xogħol. Fir-rigward ta' “take-overs”, “il-bidu tax-xogħol” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati l-assi li jkunu konnessi direttament mal-istabbiliment akkwistat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.