+Artikolu 19 Sistemi ta' kejl intelliġenti
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
|
Artikolu 19 Sistemi ta' kejl intelliġenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Sabiex titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija u tingħata ċerta setgħa tal-klijenti finali, l-Istati Membri, jew meta l-Istat Membru jkollu dispożizzjonijiet għal dawn, l-awtorità regolatorja għandhom jirrakkomandaw b'mod qawwi li l-impriżi tal-elettriku u parteċipanti oħra fis-suq jottimizzaw l-użu tal-elettriku, inter alia billi jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-enerġija, l-iżvilupp ta' formuli innovattivi ta' tariffi u jintroduċu sistemi ta' kejl intelliġenti li huma interoperabbli b'mod partikolari b'sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi u bi grilji intelliġenti, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 19 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-introduzzjoni fit-territorji tagħhom ta' sistemi ta' kejl intelliġenti li għandhom jappoġġjaw il-parteċipazzjoni attiva tal-klijenti fis-suq tal-elettriku. Tali introduzzjoni tista' tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-kost-benefiċċji li għandha ssir skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II.
|
|
Artikolu 19 3.
|
L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-rekwiżiti funzjonali minimi u tekniċi għas-sistemi ta' kejl intelliġenti li jkunux se jiġu introdotti fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 20 u l-Anness II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu interoperabbli u li jkunu kapaċi jipprovdu output għas-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom iqisu l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi dawk tal-interoperabbiltà, l-aqwa prattiki u l-importanza tal-iżvilupp ta' grilji intelliġenti u l-iżvilupp tas-suq intern għall-elettriku.
|
|
Artikolu 19 4.
|
L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jikkontribwixxu għall-ispejjeż assoċjati tal-introduzzjoni b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju filwaqt li jieħdu kont tal-benefiċċji fit-tul għall-katina tal-provvista kollha kemm hi. L-Istati Membri, jew meta jkun ippreveda hekk Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jimmonitorjaw tali introduzzjoni regolarment fit-territorji tagħhom sabiex isegwut-twassil tal-benefiċċjigħall-konsumaturi.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tkun ġiet ivvalutata b'mod negattiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din il-valutazzjoni tiġi riveduta minn tal-inqas kull erba' snin, jew aktar ta' spiss, b'rispons għall-bidliet sinifikanti fis-suppożizzjonijiet sottostanti u b'rispons għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultat tal-valutazzjoni aġġornata tagħhom tal-kost-benefiċċji malli dan isir disponibbli.
|
|
Artikolu 19 6.
|
Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar is-sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet futuri u għall-installazzjonijiet li jissostitwixxi kejl intelliġenti eqdem. Is-sistemi ta' kejl intelliġenti li diġà huma installati, jew għalihom “il-bidu tax-xogħol” beda qabel l-4 ta' Lulju 2019, jistgħu jibqgħu jaħdmu tul il-ħajja tagħhom iżda, fil-każ ta' sistemi ta' kejl intelliġenti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 u l-Anness II, ma jibgħux jaħdmu wara l-5 ta' Lulju 2031. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “il-bidu tax-xogħol” tfisser jew il-bidu tax-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-investiment jew l-ewwel impenn vinkolanti biex jiġi ordnat tagħmir jew impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema jseħħ l-ewwel. Ix-xiri tal-art u xogħlijiet ta' preparazzjoni bħall-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji preliminarji ta' fattibbiltà ma jitqisux bħala l-bidu tax-xogħol. Fir-rigward ta' “take-overs”, “il-bidu tax-xogħol” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati l-assi li jkunu konnessi direttament mal-istabbiliment akkwistat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|