|
+Artikolu 21 1. |
Artikolu 21 1.Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tingħata valutazzjoni negattiva b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 19(2) u fejn sistemi ta' kejl ma jiġux introdotti b'mod sistematiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull klijent finali jkun intitolat fuq talba, filwaqt li jġarrab l-ispejjeż assoċjati, għall-installazzjoni jew, fejn ikun il-każ, għat-titjib, b'kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u kosteffikaċi, ta' miter intelliġenti:
(a)
meta jkun teknikament fattibbli, jkun mgħammar bil-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 20, jew b'sett minimu ta' funzjonalitajiet li għandhom jiġu ddefiniti u ppubblikata mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali u skont l-Anness II,
(b)
jkun interoperabbli u kapaċi jwassal il-konnettività mixtieqa tal-infrastruttura tal-kejl mas-sistemi għall-ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi f'ħin kważi reali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|