|
+Artikolu 21 2. |
Artikolu 21 2.Fil-kuntest ta' talba tal-klijent għal miter intelliġenti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jew, fejn l-Istat Membru jkun stipula hekk, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom:
(a)
jiżguraw li l-offerta lill-klijent finali li titlob l-installazzjoni ta' miter intelliġenti tgħid b'mod espliċitu u tiddeskrivi b'mod ċar:
(i)
il-funzjonijiet u l-interoperabbiltà li jistgħu jiġu appoġġati mill-miter intelliġenti u s-servizzi li huma fattibbli kif ukoll il-benefiċċji li jistgħu jinkisbu realistikament permezz ta' miter intelliġenti f'dak il-mument partikolari;
(ii)
kwalunkwe spejjeż assoċjati li jitħallsu mill-klijent finali;
(b)
jiżguraw li jkun installat f'perjodu raġonevoli ta' żmien u mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-talba tal-klijent;
(c)
b'mod regolari, u tal-anqas kull sentejn, jirrevedu u jippubblikaw l-ispejjeż assoċjati, u jsegwu l-evoluzzjoni tal-ispejjeż b'riżultat tal-iżviluppi teknoloġiċi u aġġornamenti potenzjali tas-sistema ta' kejl. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|