+Artikolu 28 Klijenti vulnerabbli
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.

Artikolu 28 Klijenti vulnerabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli. F'dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi il-kunċett ta' klijenti vulnerabbli li jista' jirreferi għall-faqar enerġetiku u, fost l-oħrajn, għall-projbizzjoni tal-iskonnessjoni ta' dawn il-klijenti fi żminijiet kritiċi. Il-kunċett ta' klijenti vulnerabbli jista' jinkludi livelli ta' dħul, is-sehem ta' nfiq ta' enerġija tad-dħul disponibbli, l-effiċjenza fl-enerġija tad-djar, id-dipendenza kritika fuq tagħmir elettriku għal raġunijiet ta' saħħa, età jew kriterji oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-klijenti vulnerabbli jiġu applikati. B'mod partikolari, għandhom jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti f'żoni remoti. Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim.
Artikolu 28 2.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, bħalma humali jingħataw benefiċċji permezz tas-sistemi ta' sigurtà soċjali tagħhom biex tiġi żgurata l-provvista neċessarja lill-klijenti vulnerabbli jew tal-appoġġ għat-titjib fuq l-effiċjenza fl-enerġija, biex tindirizza l-faqar enerġetiku meta jiġi identifikat skont il-punt (d) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, inkluż fil-kuntest iktar wiesgħa tal-faqar. Tali miżuri m'għandhomx ifixklu l-ftuħ effettiv tas-suq spjegat fl-Artikolu 4 u l-iffunzjonar tas-suq u għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni, fejn dan ikun rilevanti, skont l-Artikolu 9(4). Tali notifiki jistgħu jinkludu wkoll miżuri li ttieħdu fi ħdan is-sistema ġenerali ta' sigurtà soċjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.