L-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jikkooperaw mal-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għall-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti fis-suq konnessi mal-grilja tagħhom fis-swieq bl-imnut, bl-ingrossa u ta' bbilanċjar. Il-forniment ta' servizzi ta' bbilanċjar li jirriżultaw minn riżorsi li jinsabu fis-sistema ta' distribuzzjoni għandu jiġi maqbul mal-operatur rilevanti tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 182 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 (
10
).