+Artikolu 31 Il-kompiti ta' operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 3a.
---+Artikolu 31 3b.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.
---+Artikolu 31 8.
---+Artikolu 31 9.
---+Artikolu 31 10.

Artikolu 31 Il-kompiti ta' operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun responsabbli li jiżgura l-kapaċità fuq perjodu ta' żmien twil tas-sistema biex tlaħħaq ma' domanda raġjonevoli għad-distribuzzjoni tal-elettriku, għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp taħt kondizzjonijiet ekonomiċi ta' sistema ta' distribuzzjoni tal-elettriku li tkun tajba, ta' min jafdaha u effiċjenti, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika.
Artikolu 31 2.
Fi kwalunkwe każ, l-operatur ta’ sistema ta’ distribuzzjoni ma għandux jiddiskrimina bejn utenti ta’ sistema jew bejn klassijiet ta’ utenti ta’ sistema, inkluż il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, b’mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu.
Artikolu 31 3.
L-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandu jipprovdi lill-utenti ta’ sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għall-aċċess effiċjenti għas-sistema u l-użu tagħha. B’mod partikolari, l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippubblikaw b’mod trasparenti informazzjoni ċara dwar il-kapaċità disponibbli għal konnessjonijiet ġodda fiż-żoni ta’ tħaddim tagħhom bi granularità spazjali għolja, filwaqt li jirrispettaw is-sigurtà pubblika u l-kunfidenzjalità tad-data, inkluż il-kapaċità taħt talba għal konnessjoni u l-possibbiltà ta’ konnessjoni flessibbli f’żoni konġestjonati. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kriterji għall-kalkolu tal-kapaċità disponibbli għal konnessjonijiet ġodda. L-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni fuq bażi regolari, tal-inqas kull tliet xhur.

L-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandhom jipprovdu b’mod trasparenti informazzjoni ċara lill-utenti tas-sistema dwar l-istatus u t-trattament tat-talbiet ta’ konnessjoni tagħhom. Huma għandhom jipprovdu tali informazzjoni fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tat-talba. Fejn il-konnessjoni mitluba la tiġi mogħtija u lanqas ma tkun rifjutata b’mod permanenti, l-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni fuq bażi regolari, tal-inqas kull tliet xhur.

Artikolu 31 3a.
L-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandhom jagħtu lill-utenti tas-sistema l-għażla li jitolbu konnessjoni mal-grilja u jippreżentaw id-dokumenti rilevanti esklużivament f’forma diġitali.
Artikolu 31 3b.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 3 għal impriżi tal-elettriku integrati li jkunu jservu anqas minn 100 000 klijent konness, jew li jkunu jservu sistemi iżolati żgħar. L-Istati Membri jistgħu japplikaw limitu aktar baxx minn dak ta’ 100 000 klijent konness.

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-impriżi integrati tal-elettriku li jservu inqas minn 100 000 klijent konness biex jipprovdu lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 darba fis-sena u jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni għal dak l-għan.

Artikolu 31 4.
Stat Membru jista' jeżiġi li l-operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni, fid-dispaċċ ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, jagħti prijorità lil installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi rinnovabbli jew li jużaw il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/943.
Artikolu 31 5.
Kull operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jaġixxi bħala faċilitatur tas-suq newtrali fl-akkwist tal-enerġija li juża biex ikopri t-telf fl-enerġijafis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, fejn dan ikollu tali funzjoni.
Artikolu 31 6.
Fejn operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni jkun responsabbli għall-akkwist ta' prodotti u servizzi meħtieġa għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sigur tas-sistema ta' distribuzzjoni, ir-regoli adottati mill-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għal dak l-għan għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji, u għandhom jiġu żviluppati b'koordinazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u parteċipanti oħra rilevanti tas-suq. It-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi regoli u tariffi fejn dawn ikunu applikabbli, għall-forniment ta' tali prodotti u servizzi lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-Artikolu 59(7) b'mod nondiskriminatorju u li jirrifletti l-ispejjeż u għandhom jiġu ppubblikati.
Artikolu 31 7.
Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 6, l-operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jakkwista s-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza meħtieġa għas-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, nondiskriminatorji u bbażati fuq is-suq, sakemm l-awtorità regolatorja ma tkunx qieset li l-forniment ibbażat fuq is-suq ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza huwa ekonomikament mhux effiċjenti u tkun tat deroga. L-obbligu li jiġu akkwistati servizzi anċillari mhux tal-frekwenza ma japplikax għal komponenti integrati għalkollox tan-netwerk.
Artikolu 31 8.
L-akkwist tal-prodotti u servizzi msemmija fil-paragrafu 6 għandu jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti kollha tas-suq, inkluż parteċipanti tas-suq li joffru enerġija minn sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons tad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni, b'mod partikolari billi l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, kif ukoll operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni, ikunu meħtieġa jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawk is-swieq abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawk is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq.
Artikolu 31 9.
L-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jikkooperaw mal-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għall-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti fis-suq konnessi mal-grilja tagħhom fis-swieq bl-imnut, bl-ingrossa u ta' bbilanċjar. Il-forniment ta' servizzi ta' bbilanċjar li jirriżultaw minn riżorsi li jinsabu fis-sistema ta' distribuzzjoni għandu jiġi maqbul mal-operatur rilevanti tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 182 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 ( 10 ).
Artikolu 31 10.
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura tagħhom jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jwettqu attivitajiet għajr dawk previsti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/943, fejn dawn l-attivitajiet huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) 2019/943 dment li l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat il-ħtieġa ta' tali deroga. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, netwerks li mhumiex netwerks tal-elettriku fejn l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti maħtura jkunu taw tali dritt.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.