+Artikolu 32 Inċentivi għall-użu ta' flessibbiltà fin-netwerks ta' distribuzzjoni
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
|
Artikolu 32 Inċentivi għall-użu ta' flessibbiltà fin-netwerks ta' distribuzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jippermettu u jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni sabiex jakkwistaw servizzi ta' flessibbiltà, inkluż ġestjoni ta' konġestjoni fl-oqsma tagħhom, biex itejbu l-effiċjenzi tagħhom fit-tħaddim u l-iżvilupp tas-sistema ta' distribuzzjoni. B'mod partikolari, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jistgħu jakkwistaw tali servizzi mill-fornituri tal-ġenerazzjoni distribwita, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin tal-enerġija u għandu jippromwovi l-adozzjoni ta' miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija, meta tali servizzi jtaffu b'mod kost-effiċjenti l-ħtieġa li l-kapaċità tal-elettriku tiġi aġġornata jew sostitwita u jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti u sikur tas-sistema ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jakkwistaw tali servizzi skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq sakemm l-awtoritajiet regolatorji ma jkunux stabbilixxew li l-akkwist ta' tali servizzi mhuwiex ekonomikament effiċjenti jew li tali akkwist iwassal għal distorsjonijiet serji fis-suq jew għal konġestjoni ogħla.
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, soġġetti għal approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, jew mill-awtorità regolatorja nnifisha, għandhom, fi proċess trasparenti u parteċipatorju li jinkludi l-utenti kollha tas-sistema rilevanti u l-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni, jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi ta' flessibbiltà akkwistati u, fejn xieraq, il-prodotti tas-suq standardizzati għal tali servizzi tal-anqas fil-livell nazzjonali. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva u nondiskriminatorja għall-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż parteċipanti tas-suq li joffru enerġija minn sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u għandhom jikkoordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, sabiex jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex tippermettilhom jirkupraw tal-anqas l-ispejjeż korrispondenti raġonevoli tagħhom, inkluż l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-ispejjeż tal-infrastruttura.
|
|
Artikolu 32 3.
|
L-iżvilupp ta' sistemi ta' distribuzzjoni għandu jkun ibbażat fuq pjan ta' żvilupp tan-netwerk trasparenti, li għandu jiġi ppubblikat mill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni kull sentejn u għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità regolatorja. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għandu jipprovdi trasparenza fuq is-servizzi meħtieġa ta' flessibbiltà fuq terminu ta' żmien medju u fit-tul, u għandu jistabbilixxi l-investimenti ppjanati għall-ħames sa għaxar snin sussegwenti, b'enfasi partikolari fuq l-infrastruttura tad-distribuzzjoni ewlenija li tkun meħtieġa għall-konnessjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida kif ukoll it-tagħbijiet ġodda, inkluż il-punti ta' ċċarġjar ġodda għall-vetturi elettriċi. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għandu jinkludi wkoll l-użu tar-rispons tad-domanda, l-effiċjenza tal-enerġija, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra li l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu juża bħala alternattiva għall-espansjoni tas-sistema.
|
|
Artikolu 32 4.
|
L-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jikkonsultaw l-utenti rilevanti kollha tas-sistemi u lill-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni rilevanti dwar il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jippubblikaw ir-riżultati tal-proċess ta' konsultazzjoni flimkien mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk, u jippreżentaw ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk lill-awtorità regolatorja. L-awtorità regolatorja tista' titlob emendi għall-pjan.
|
|
Artikolu 32 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligu msemmi fil-paragrafu 3 għall-impriżi integrati tal-elettriku li jaqdu inqas minn 100 000 klijent konness jew li jaqdu sistemi iżolati żgħar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|