|
+Artikolu 33 3. |
Artikolu 33 3.B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a)
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux ingħataw id-dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin.
(b)
l-awtorità regolatorja wettqet reviżjoni ex-ante tal-kondizzjonijiet tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti skont il-punt (a) u tat l-approvazzjoni tagħha;
(c)
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jopera l-punti tal-iċċarġjar abbażi tal-aċċess għal partijiet terzi skont l-Artikolu 6 u ma jiddiskriminax bejn utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, u b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu. L-awtorità regolatora tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex tgħin lill-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|