+Artikolu 33 Integrazzjoni tal-elettromobbiltà fin-netwerk tal-elettriku
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
|
Artikolu 33 Integrazzjoni tal-elettromobbiltà fin-netwerk tal-elettriku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (
11
), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jiffaċilitaw il-konnessjoni ta’ punti ta’ ċċarġjar pubblikament aċċessibbli u privati b’funzjonalitajiet tal-iċċarġjar intelliġenti u funzjonalitajiet tal-iċċarġjar bidirezzjonali f’konformità mal-Artikolu 20a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 man-networks ta’ distribuzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma’ kwalunkwe impriża li tkun is-sid ta’, tiżviluppa, topera jew tamministra, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, inkluż fir-rigward ta’ konnessjoni mal-grilja.
|
|
Artikolu 33 2.
|
L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni ma għandhomx ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, bl-eċċezzjoni ta' operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni li jkunu s-sidien ta' punti ta' ċċarġjar privati unikament għall-użu tagħhom stess.
|
|
Artikolu 33 3.
|
B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a)
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux ingħataw id-dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin.
(b)
l-awtorità regolatorja wettqet reviżjoni ex-ante tal-kondizzjonijiet tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti skont il-punt (a) u tat l-approvazzjoni tagħha;
(c)
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jopera l-punti tal-iċċarġjar abbażi tal-aċċess għal partijiet terzi skont l-Artikolu 6 u ma jiddiskriminax bejn utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, u b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu.
L-awtorità regolatora tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex tgħin lill-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Fejn l-Istati Membri jkunu implimentaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura tagħhom, għandhom minn żmien għal żmien, fuq bażi regolari, jew tal-anqas kull ħames snin, iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali ta' partijiet oħra sabiex ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw, punti ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi. Fejn il-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet oħrajn huma kapaċi ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw, tali punti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment, soġġett għall-ikkompletar b'suċċess tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3. Bħala parti mill-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jippermettu lill-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li jirkupra l-valur residwu tal-investiment tiegħu fl-infrastruttura tal-iċċarġjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|