+Artikolu 35 Is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
|
Artikolu 35 Is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Meta l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jkun parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni mill-anqas f'termini tal-forma legali tiegħu, l-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Dawn ir-regoli ma għandhomx joħolqu obbligu ta' separazzjoni tas-sjieda tal-assi tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni mill-impriża integrata vertikalment.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Addizzjonalment għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, meta l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni f'termini tal-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Sabiex jintlaħaq dan, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
(a)
il-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni ma jistgħux jieħdu sehem fi strutturi tal-kumpanija tal-impriża tal-elettriku integrata responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operazzjoni ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u l-provvista tal-elettriku;
(b)
għandhom jittieħdu miżuri adatti biex ikun żgurat li jittieħed kont, b'mod li jkun żgurat li huma kapaċi jaġixxu indipendentement, tal-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni;
(c)
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu drittijiet deċiżjonali effettivi, li jkunu indipendenti mill-impriża tal-elettriku integrata, fir-rigward tal-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa n-netwerk. Sabiex jitwettqu dawk il-kompiti, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa, inklużi dawk umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji. Dan ma għandux jipprevjeni l-eżistenza ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni adatti biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' superviżjoni ekonomika u amministrattiva tal-kumpanija ewlenija fir-rigward tal-qligħ mill-assi, regolati indirettament f'konformità mal-Artikolu 59(7), f'sussidjarja jiġu protetti. B'mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta' dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan ma għandux jippermetti l-kumpanija ewlenija biex tagħti istruzzjonijiet dwar l-operazzjoni ta' kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali dwar il-bini jew l-immodernizzar tal-linji ta' distribuzzjoni, li ma jkunux jaqbżu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti; u
(d)
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jistabbilixxi programm ta' konformità, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tkun eskluża mġiba diskriminatorja, u jiżgura li l-osservanza tiegħu tkun adegwatament sorveljata. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport annwali, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, għandu jiġi ppreżentat mill-persuna jew l-entità responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità, l-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni, lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 57(1) u għandu jiġi ppubblikat. L-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkun kompletament indipendenti u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u dwar kwalunkwe impriża affiljata sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Meta l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jifforma parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jiġu ssorveljat minn awtoritajiet regolatorji jew minn korpi oħra kompetenti, sabiex ma jkunx jista' japprofitta ruħu mill-integrazzjoni vertikali tiegħu biex ixekkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni integrati vertikalment ma għandhomx, fil-komunikazzjonijiet u l-l-użu tal-marka (branding) tagħhom, joħolqu konfużjoni fir-rigward tal-identità separata tal-fergħa tal-forniment tal-impriża integrata vertikalment.
|
|
Artikolu 35 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1, 2 u 3 għal impriżi tal-elettriku integrati li jkunu jservu anqas minn 100 000 klijent konness, jew li jkunu jservu sistemi iżolati żgħar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|