|
+Artikolu 35 2. |
Artikolu 35 2.Addizzjonalment għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, meta l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni f'termini tal-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Sabiex jintlaħaq dan, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
(a)
il-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni ma jistgħux jieħdu sehem fi strutturi tal-kumpanija tal-impriża tal-elettriku integrata responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operazzjoni ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u l-provvista tal-elettriku;
(b)
għandhom jittieħdu miżuri adatti biex ikun żgurat li jittieħed kont, b'mod li jkun żgurat li huma kapaċi jaġixxu indipendentement, tal-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni;
(c)
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu drittijiet deċiżjonali effettivi, li jkunu indipendenti mill-impriża tal-elettriku integrata, fir-rigward tal-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa n-netwerk. Sabiex jitwettqu dawk il-kompiti, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa, inklużi dawk umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji. Dan ma għandux jipprevjeni l-eżistenza ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni adatti biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' superviżjoni ekonomika u amministrattiva tal-kumpanija ewlenija fir-rigward tal-qligħ mill-assi, regolati indirettament f'konformità mal-Artikolu 59(7), f'sussidjarja jiġu protetti. B'mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta' dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan ma għandux jippermetti l-kumpanija ewlenija biex tagħti istruzzjonijiet dwar l-operazzjoni ta' kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali dwar il-bini jew l-immodernizzar tal-linji ta' distribuzzjoni, li ma jkunux jaqbżu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti; u
(d)
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jistabbilixxi programm ta' konformità, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tkun eskluża mġiba diskriminatorja, u jiżgura li l-osservanza tiegħu tkun adegwatament sorveljata. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport annwali, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, għandu jiġi ppreżentat mill-persuna jew l-entità responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità, l-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni, lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 57(1) u għandu jiġi ppubblikat. L-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkun kompletament indipendenti u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u dwar kwalunkwe impriża affiljata sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|