+Artikolu 36 Sjieda tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.

Artikolu 36 Sjieda tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.
L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni m'għandhomx ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
Artikolu 36 2.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, fejn huma jkunu komponenti tan-netwerk integrati għalkollox, dment li l-awtorità regolatorja tkun tat l-approvazzjoni tagħha jew, jew fejn ikunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja ma jkunux ingħataw id-dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, tali faċilitajiet jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin;

(b) 

tali faċilitajiet huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-faċilitajiet ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku; u

(c) 

l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat in-neċessità ta' deroga bħal din, u tkun wettqet valutazzjoni tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti, inkluż il-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura ta' sejħa għall-offerti, u tat l-approvazzjoni tagħha.

L-awtorità regolatorja tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex jgħinu lill-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta;

Artikolu 36 3.
L-awtoritajiet regolatorji għandhom iwettqu, f'intervalli regolari jew għall-inqas kull ħames snin, konsultazzjoni pubblika dwar il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija eżistenti sabiex jivvalutaw id-disponibbiltà u l-interess potenzjali fl-investiment ta' tali faċilitajiet. Meta l-konsultazzjoni pubblika, kif ivvalutata mill-awtorità regolatorja, tindika li partijiet terzi jistgħu ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw, tali faċilitajiet b'mod kosteffikaċi, l-awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment fi żmien 18-il xahar. Bħala parti mill-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li jirċievu kumpens raġonevoli, b'mod partikolari biex jirkupraw il-valur residwu tal-investiment tagħhom fil-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
Artikolu 36 4.

Il-paragrafu 3 ma għandux japplika la għal komponenti tan-netwerk li huma kompletament integrati u lanqas għall-perjodu tipiku ta' deprezzament tal-faċilitajiet ġodda għall-ħżin tal-batteriji b'deċiżjoni finali dwar l-investiment sal-4 ta' Lulju 2019, dment li tali faċilitajiet għall-ħżin tal-batteriji huma:

(a) 

konnessi mal-grilja l-aktar tard sa sentejn wara dan;

(b) 

integrati fis-sistema ta' distribuzzjoni;

(c) 

jintużaw biss għar-restawr reattiv immedjat tas-sigurtà tan-netwerk f'każ ta' fallimenti fin-netwerk fejn tali miżura ta' restawr tibda immedjatament u jintemm meta l-varar mill-ġdid regolari jkun jista' jsolvi l-kwistjoni; u

(d) 

ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku, inkluż l-ibbilanċjar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.