|
+Artikolu 38 2. |
Artikolu 38 2.Is-sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa għandhom jitqiesu bħala sistemi ta' distribuzzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet regolatorji jeżentaw lill-operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni magħluqa minn:
(a)
l-obbligu tal-Artikolu 31(5) u (7) li jakkwista l-enerġija li huwa juża biex ikopri t-telf tal-enerġija u is-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza fis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq;
(b)
l-obbligu fl-Artikolu 6(1) li tariffi jew metodoloġiji li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tagħhom jiġu approvati skont l-Artikolu 59(1) qabel id-dħul fis-seħħ;
(c)
ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 32(1) għall-akkwist ta' servizzi ta' flessibbiltà u taħt l-Artikolu 32(3) għall-iżvilupp tas-sistemi tal-operaturi abbażi ta' pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerks;
(d)
ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 33(2) li ma jkunx is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi; u
(e)
ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 36(1) li ma jkunx is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|