+Artikolu 38 Sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
|
Artikolu 38 Sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħra jikklassifikaw sistema li tqassam l-elettriku fi ħdan sit ġeografikament imwarrab, li jkun industrijali, kummerċjali jew maqsum, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, ma jipprovdix klijenti fi djar bħala sistema ta' distribuzzjoni magħluqa jekk:
(a)
għal raġunijiet tekniċi jew ta' sigurtà speċifiċi, l-operazzjonijiet jew il-proċess ta' produzzjoni tal-utenti ta' dik is-sistema jkunu integrati; jew
(b)
dik is-sistema tqassam l-elettriku l-ewwelnett lill-proprjetarju jew lill-operatur tas-sistema jew lill-impriżi relatati tagħhom.
|
|
Artikolu 38 2.
|
Is-sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa għandhom jitqiesu bħala sistemi ta' distribuzzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet regolatorji jeżentaw lill-operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni magħluqa minn:
(a)
l-obbligu tal-Artikolu 31(5) u (7) li jakkwista l-enerġija li huwa juża biex ikopri t-telf tal-enerġija u is-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza fis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq;
(b)
l-obbligu fl-Artikolu 6(1) li tariffi jew metodoloġiji li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tagħhom jiġu approvati skont l-Artikolu 59(1) qabel id-dħul fis-seħħ;
(c)
ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 32(1) għall-akkwist ta' servizzi ta' flessibbiltà u taħt l-Artikolu 32(3) għall-iżvilupp tas-sistemi tal-operaturi abbażi ta' pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerks;
(d)
ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 33(2) li ma jkunx is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi; u
(e)
ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 36(1) li ma jkunx is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
|
|
Artikolu 38 3.
|
Meta ssir eżenzjoni hekk kif imsemmi f'paragrafu 2, it-tariffi applikabbli, jew il-metodoloġiji li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tagħhom, għandhom jiġu riveduti u approvati f'konformità mal-Artikolu 59(1) meta ssir talba għal dan minn utent tas-sistema ta' distribuzzjoni magħluqa.
|
|
Artikolu 38 4.
|
L-użu inċidentali minn numru żgħir ta' djar b'assoċjazzjonijiet ta' impjieg jew simili mal-proprjetarju tas-sistema ta' distribuzzjoni u li jinsabu fiż-żona servita mis-sistema ta' distribuzzjoni magħluqa m'għandux jipprekludi eżenzjoni fl-ambitu tal-paragrafu 2 l-għoti ta' dawn l-eżenzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|