+Artikolu 40 2.

Artikolu 40 2.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li waħda jew diversi responsabbiltajiet elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġu assenjati lil operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għajr dak li jkun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni li kieku għaliha jkunu applikabbli r-responsabbiltajiet ikkonċernati. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li l-kompiti huma assenjati lilu għandu jkun ċertifikat taħt is-separazzjoni tas-sjieda, l-operatur indipendenti tas-sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni, u jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 43, iżda m'għandux ikun meħtieġ ikun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni li għaliha huwa jkun responsabbli.

L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jkun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VI u għandu jkun ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 43. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni li huma ċċertifikati bħala s-sjieda separata, l-operaturi indipendenti ta' sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni li jiddelegaw fuq inizjattiva tagħhom stess u taħt is-superviżjoni tagħhom ċerti kompiti lil operaturi oħra ta' sistemi ta' trażmissjoni li huma ċertifikati taħt is-separazzjoni tas-sjieda, l-operaturi indipendenti ta' sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni meta dik id-delega ta' kompiti ma tipperikolax id-drittijiet deċiżjonali effettivi u indipendenti tal-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni li jkun qiegħed jiddelega.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.