+Artikolu 40 Il-kompiti tal-operaturi ta' sistemi tat-trażmissjoni
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.
---+Artikolu 40 6.
---+Artikolu 40 7.
---+Artikolu 40 8.
|
Artikolu 40 Il-kompiti tal-operaturi ta' sistemi tat-trażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1.
|
Kull operatur ta' sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex:
(a)
jiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp taħt kondizzjonijiet ekonomiċi sistemi ta' trażmissjoni siguri, affidabbli u effiċjenti b'kont dovut għall-ambjent, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u operaturi ta' sistemi tad-distribuzzjoni ġirien;
(b)
jiżgura l-mezzi adegwati biex jissodisfa l-obbligi tiegħu;
(c)
jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz ta' kapaċità ta' trażmissjoni adegwata u affidabbiltà tas-sistema;
(d)
jamministra l-flussi ta' enerġija fuq is-sistema, b'kont meħud ta' skambji ma' sistemi interkonnessi oħra. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibbiltà tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, inklużi dawk provduti minn faċilitajiet ta' rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija, kemm-il darba din id-disponibbiltà tkun waħda indipendenti minn sistemi tat-trażmissjoni oħrajn li magħhom is-sistema tiegħu tkun interkonnessa;
(e)
jipprovdi lill-operatur ta' sistemi oħra li magħhom is-sistema tiegħu tkun interkonnessa, informazzjoni biżżejjed biex jiżgura l-operazzjoni sigura u effiċjenti, l-iżvilupp koordinat u l-interoperabilità tas-sistema interkonnessa;
(f)
jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu;
(g)
jipprovdi lill-utenti ta' sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għal aċċess effiċjenti għas-sistema;
(h)
il-ġbir ta' kirjiet u pagamenti ta' konġestjoni skont il-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' inter-trażmissjoni, skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943, li jagħti u jimmaniġġja l-aċċess għall-partijiet terzi u l-għoti ta' spjegazzjonijiet raġunati meta dan l-aċċess ikun miċħud, li għandu jkun immonitorjat mill-awtoritajiet regolatorji; meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan l-Artikolu, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jiffaċilitaw primarjament l-integrazzjoni tas-suq;
(i)
jakkwista servizzi anċillari biex tiġi żgurata s-sigurtà operazzjonali;
(j)
jadotta qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
(k)
jipparteċipa fl-istabbiliment tal-valutazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (EU) 2019/943;
(l)
id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni;
(m)
il-ġestjoni tad-data, inkluż l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tad-data, is-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data, soġġett għar-regoli applikabbli, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' awtoritajiet oħra.
|
|
Artikolu 40 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li waħda jew diversi responsabbiltajiet elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġu assenjati lil operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għajr dak li jkun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni li kieku għaliha jkunu applikabbli r-responsabbiltajiet ikkonċernati. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li l-kompiti huma assenjati lilu għandu jkun ċertifikat taħt is-separazzjoni tas-sjieda, l-operatur indipendenti tas-sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni, u jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 43, iżda m'għandux ikun meħtieġ ikun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni li għaliha huwa jkun responsabbli. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jkun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VI u għandu jkun ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 43. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni li huma ċċertifikati bħala s-sjieda separata, l-operaturi indipendenti ta' sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni li jiddelegaw fuq inizjattiva tagħhom stess u taħt is-superviżjoni tagħhom ċerti kompiti lil operaturi oħra ta' sistemi ta' trażmissjoni li huma ċertifikati taħt is-separazzjoni tas-sjieda, l-operaturi indipendenti ta' sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni meta dik id-delega ta' kompiti ma tipperikolax id-drittijiet deċiżjonali effettivi u indipendenti tal-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni li jkun qiegħed jiddelega.
|
|
Artikolu 40 3.
|
Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandom iqisu r-rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.
|
|
Artikolu 40 4.
|
Fit-twettiq tal-kompitu imsemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jakkwistaw servizzi ta' bbilanċjar soġġett għal dan li ġej:
(a)
proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorju u bbażat fis-suq;
(b)
il-parteċipazzjoni tal-impriżi tal-elettriku kwalifikati u l-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż il-parteċipanti tas-suq li joffru enerġija mis-sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni.
Għall-iskop tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji u operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawk is-swieq abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawk is-swieq.
|
|
Artikolu 40 5.
|
Il-paragrafu 4 għandu japplika għad-dispożizzjoni tas-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza minn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni, sakemm l-awtorità regolatorja ma tkunx qieset li l-forniment ibbażat fuq is-suq ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza huwa ekonomikament mhux effiċjenti u tkun tat deroga. B'mod partikolari, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jistgħu jakkwistaw tali servizzi mill-fornituri tar-rispons tad-domanda jew mill-ħżin tal-enerġija u għandu jippromwovi t-teħid ta' miżuri tal-effiċjenza enerġetika, meta tali servizzi jnaqqsu b'mod kost-effiċjenti l-ħtieġa li l-kapaċità tal-elettriku tiġi aġġornata jew sostitwita u jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti u sikur tas-sistema ta' trażmissjoni.
|
|
Artikolu 40 6.
|
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, soġġetti għal approvazzjoni tal-awtorità regolatorja, jew mill-awtorità regolatorja nnifisha, għandhom, permezz ta' proċess trasparenti u parteċipatorju li jinkludi lill-utenti kollha rilevanti tas-sistema u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi anċillari mhux frekwenti miksuba u, fejn xieraq, il-prodotti tas-suq standardizzati għal dawn is-servizzi, tal-inqas fil-livell nazzjonali. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva u nondiskriminatorja għall-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż parteċipanti fis-suq li joffru enerġija mis-sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u għandhom jikkoordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, sabiex jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex ikunu jistgħu jirkupraw tal-anqas l-ispejjeż korrispondenti raġonevoli, inkluż l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-ispejjeż tal-infrastruttura.
|
|
Artikolu 40 7.
|
L-obbligu li jiġu akkwistati servizzi anċillari mhux tal-frekwenza msemmi fil-paragrafu 5 ma japplikax għal komponenti integrati għalkollox tan-netwerk.
|
|
Artikolu 40 8.
|
L-Istati Membri, jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura tagħhom, jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jwettqu attivitajiet minbarra dawk stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/943 fejn dawn l-attivitajiet ikunu meħtieġa għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) 2019/943, dment li l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat il-ħtieġa ta' tali deroga. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, netwerks oħra minbarra netwerks tal-elettriku fejn l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti maħtura tkun tat tali dritt.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|