+Artikolu 45 Separazzjoni tal-proprjetarji ta' sistemi ta' trażmissjoni
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
|
Artikolu 45 Separazzjoni tal-proprjetarji ta' sistemi ta' trażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Proprjetarju ta' sistema tat-trażmissjoni, fejn operatur ta' sistema indipendenti jkun inħatar, li jkun parti minn impriżi integrati vertikalment, għandu jkun indipendenti, għall-anqas f'termini tal-forma ġuridika tiegħu, fl-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, minn attivitajiet oħrajn li ma jkunux relatati mat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
(a)
il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandhomx jieħdu sehem fl-istrutturi tal-kumpaniji tal-impriża integrata tal-elettriku li hija responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operat ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku;
(b)
għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat li l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni jitqiesu b'mod li jiżgura li huma kapaċi li jaġixxu b'mod indipendenti; u
(c)
il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jfassal programm ta' konformità, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda kondotta diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-ħarsien ta' dan il-programm ikun issorveljat b'mod adatt. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawk l-għanijiet. Rapport ta' kull sena, li jindika l-miżuri li jkunu ttieħdu, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità lill-awtorità regolatorja u għandu jiġi ppubblikat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|