|
+Artikolu 45 2. |
Artikolu 45 2.Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
(a)
il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandhomx jieħdu sehem fl-istrutturi tal-kumpaniji tal-impriża integrata tal-elettriku li hija responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operat ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku;
(b)
għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat li l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni jitqiesu b'mod li jiżgura li huma kapaċi li jaġixxu b'mod indipendenti; u
(c)
il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jfassal programm ta' konformità, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda kondotta diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-ħarsien ta' dan il-programm ikun issorveljat b'mod adatt. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawk l-għanijiet. Rapport ta' kull sena, li jindika l-miżuri li jkunu ttieħdu, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità lill-awtorità regolatorja u għandu jiġi ppubblikat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|