+Artikolu 52 Ħatra u ċertifikazzjoni ta' operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.
---+Artikolu 52 6.
---+Artikolu 52 7.
---+Artikolu 52 8.

Artikolu 52 Ħatra u ċertifikazzjoni ta' operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.
Qabel ma impriża tkun approvata u maħtura bħala operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, hija għandha tkun ċertifikata konformement mal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 4, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943.
Artikolu 52 2.
Impriżi li ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja bħala li kkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 43, konformement mal-proċedura ta' ċertifikazzjoni aktar 'l isfel, għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni mill-Istati Membri. Il-ħatra tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 52 3.
L-operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja bi kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li tista' teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti l-Artikolu 43.
Artikolu 52 4.

L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw l-konformità kontinwa tal-operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni mal-Artikolu 43. Għandhom jibdew proċeduri ta' ċertifikazzjoni biex jiżguraw tali konformità:

(a) 

man-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 3;

(b) 

fuq inizjattiva tagħhom stess fejn ikollhom tagħrif li bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq proprjetarji ta' sistema tat-trażmissjoni jew operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni tista' twassal għal ksur tal-Artikolu 43, jew fejn għandhom raġuni biex jemmnu li seta' seħħ tali ksur; jew

(c) 

fuq talba motivata mill-Kummissjoni.

Artikolu 52 5.
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jadottaw deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni f'erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew mid-data tat-talba tal-Kummissjoni. Wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu, iċ-ċertifikazzjoni għandha titqies bħala mogħtija. Id-deċiżjoni espliċita jew taċita tal-awtorità regolatorja għandha ssir effettiva biss wara l-konklużjoni tal-proċedura prevista fil-paragrafu 6.
Artikolu 52 6.
Id-deċiżjoni espliċita jew taċita dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandha tkun notifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni mill-awtorità regolatorja, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943.
Artikolu 52 7.
L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni jistgħu jesiġu mill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u mill-impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista kwalunkwe informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 52 8.
L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.