+Artikolu 54 Sjieda tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 5.
|
Artikolu 54 Sjieda tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni m'għandhomx ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
|
|
Artikolu 54 2.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, fejn ikunu komponenti tan-netwerk integrati għalkollox dment li l-awtorità regolatorja tkun tat l-approvazzjoni tagħha, jew fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux ingħataw dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, tali faċilitajiet jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin;
(b)
tali faċilitajiet jew servizzi anċillari mhux tal-frekwenza jkunu meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni u huma ma jintużawx biex l-elettriku jinxtara jew jinbiegħ fis-swieq tal-elettriku; u
(c)
l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat in-neċessità ta' deroga bħal din, tkun wettqet reviżjoni ex ante tal-applikabbiltà tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti, inkluż il-kondizzjonijiet tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti u tat l-approvazzjoni tagħha.
L-awtorità regolatorja tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex tgħin lill-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni biex jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta.
|
|
Artikolu 54 3.
|
Id-deċiżjoni li tingħata deroga għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni u lill-ACER flimkien mal-informazzjoni rilevanti dwar it-talba u r-raġunijiet għall-għoti tad-deroga.
|
|
Artikolu 54 4.
|
L-awtoritajiet regolatorji għandhom iwettqu f'intervalli regolari jew għall-inqas kull ħames snin, konsultazzjoni pubblika għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija eżistenti sabiex jivvalutaw id-disponibbiltà u l-interess potenzjali ta' partijiet oħrajn biex jinvestu f'tali faċilitajiet. Fejn il-konsultazzjoni pubblika, kif ivvalutata mill-awtorità regolatorja, tindika li partijiet oħrajn jistgħu ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw, tali faċilitajiet b'mod kosteffiċjenti, l-awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment fi żmien 18-il xahar. Bħala parti mill-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jirċievu kumpens raġonevoli, b'mod partikolari li jirkupraw il-valur residwu tal-investiment tagħhom fil-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
|
|
Artikolu 54 5.
|
Il-paragrafu 4 ma għandux japplika la għal komponenti tan-netwerk li huma kompletament integrati u lanqas għall-perjodu tipiku ta' deprezzament tal-faċilitajiet ġodda għall-ħżin tal-batteriji b'deżizjoni finali dwar l-investiment sal-2024, dment li tali faċilitajiet għall-ħżin tal-batteriji huma:
(a)
konnessi mal-grilja l-aktar tard sa sentejn wara dan;
(b)
integrati fis-sistema ta' trażmissjoni;
(c)
jintużaw biss għar-restawr reattiv immedjat tas-sigurtà tan-netwerk f'każ ta' fallimenti fin-netwerk fejn tali miżura ta' restawr tibda u tintemm immedjatament meta l-varar mill-ġdid regolari jkun jista' jsolvi l-kwistjoni;
(d)
ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku, inkluż l-ibbilanċjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|