|
+Artikolu 54 2. |
Artikolu 54 2.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, fejn ikunu komponenti tan-netwerk integrati għalkollox dment li l-awtorità regolatorja tkun tat l-approvazzjoni tagħha, jew fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux ingħataw dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, tali faċilitajiet jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin;
(b)
tali faċilitajiet jew servizzi anċillari mhux tal-frekwenza jkunu meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni u huma ma jintużawx biex l-elettriku jinxtara jew jinbiegħ fis-swieq tal-elettriku; u
(c)
l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat in-neċessità ta' deroga bħal din, tkun wettqet reviżjoni ex ante tal-applikabbiltà tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti, inkluż il-kondizzjonijiet tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti u tat l-approvazzjoni tagħha. L-awtorità regolatorja tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex tgħin lill-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni biex jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|