+Artikolu 56 Separazzjoni tal-kontijiet
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
|
Artikolu 56 Separazzjoni tal-kontijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-kontijiet tal-impriżi tal-elettriku jinżammu konformement mal-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 56 2.
|
L-impriżi tal-elettriku, irrispettivament mis-sistema tas-sjieda jew forma legali tagħhom, għandhom ifasslu, jippreżentaw għall-verifika u jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom skont ir-regoli tal-liġi nazzjonali dwar il-kontijiet annwali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata adottata skont id-Direttiva 2013/34/UE. Impriżi li ma jkunux obbligati legalment biex jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom għandhom iżommu kopja ta' dawn għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.
|
|
Artikolu 56 3.
|
L-impriżi tal-elettriku għandhom, fis-sistema interna tagħhom ta' kif jinżammu l-kontijiet, iżommu kontijiet separati għal kull waħda mill-attivitajiet ta' trażmissjoni u distribuzzjoni li huma jwettqu daqs li kieku kellhom jagħmlu hekk jekk l-attivitajiet in kwistjoni kellhom jitwettqu minn impriżi separati, bil-ħsieb li jkunu evitati d-diskriminazzjoni, l-inter-sussidjarjetà u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn għandhom iżommu wkoll il-kontijiet, li jistgħu jkunu konsolidati, għal attivitajiet oħra tal-elettriku li ma jkunux marbuta mat-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni. Il-qligħ mill-proprjetà tas-sistema tat-trażmissjoni jew distribuzzjoni għandu jkun speċifikat fil-kontijiet. Fejn ikun xieraq, dawn għandhom iżommu kontijiet konsolidati għal attivitajiet oħra li ma jkunux tal-elettriku. Il-kontijiet interni għandhom jinkludu karta tal-bilanċ u kont ta' qligħ u telf għal kull attività.
|
|
Artikolu 56 4.
|
Il-verifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha, b'mod partikolari, tivverifika li l-obbligu biex ikunu evitati d-diskriminazzjoni u l-inter-sussidjarjetà msemmija fil-paragrafu 3, ikun rispettat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|