|
+Artikolu 58 Objettivi ġenerali tal-awtorità regolatorja |
Artikolu 58 Objettivi ġenerali tal-awtorità regolatorjaArtikolu 58 Objettivi ġenerali tal-awtorità regolatorja Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja għandha tieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jinkisbu l-objettivi li ġejjin fil-qafas tal-kompiti u s-setgħat tagħha kif stabbiliti fl-Artikolu 59, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali konċernati oħra inklużi awtoritajiet tal-kompetizzjoni, kif ukoll awtoritajiet, inklużi awtoritajiet regolatorji, minn Stati Membri ġirien u, kif xieraq, pajjiżi terzi ġirien, kif adatt, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom:
(a)
il-promozzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ACER, l-awtoritajiet regolatorji ta' Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u l-ACER, ta' suq intern għall-elettriku li jkun kompetittiv, flessibbli, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan l-Unjoni, u ftuħ effikaċi fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Unjoni kif ukoll li jkunu żgurati kondizzjonijiet adegwati għat-tħaddim effikaċi u affidabbli tan-netwerks tal-enerġija, meta jitqiesu l-objettivi fuq medda twila ta' żmien;
(b)
l-iżvilupp ta' swieq reġjonali transkonfinali, kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fl-Unjoni sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fil-punt (a);
(c)
l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-elettriku bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta' kapaċitajiet adatti ta' trażmissjoni transkonfinali biex tiġi sodisfatta d-domanda u tittejjeb l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali li jistgħu jiffaċilitaw il-flussi tal-elettriku fl-Unjoni;
(d)
tingħata għajnuna fil-kisba, bl-aktar mod effikaċi, tal-iżvilupp ta' sistemi mhux diskriminatorji sikuri, affidabbli u effiċjenti li jkunu orjentati lejn il-konsumaturi, u l-promozzjoni ta' adegwatezza fis-sistemi u, bi qbil mal-objettivi ġenerali tal-politika tal-enerġija, effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-integrazzjoni ta' produzzjoni tal-elettriku fuq skala kbira u żgħira minn sorsi rinnovabbli u ġenerazzjoni mqassma kemm fin-network tat-trażmissjoni kif ukoll f'dak tad-distribuzzjoni u l-faċilitazzjoni tat-tħaddim tagħhom fir-rigward ta' netwerks oħra tal-enerġija tal-gass jew tas-sħana;
(e)
il-faċilitazzjoni tal-aċċess għan-netwerk għal kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, b'mod partikolari t-tneħħija ta' ostakli li jistgħu jimpedixxu d-dħul għal kompetituri ġodda fis-suq u ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli;
(f)
jiġi żgurat li l-operaturi tas-sistema u l-utenti tas-sistema jingħataw inċentivi xierqa, kemm għall-perjodu qasir kif ukoll għal dak fit-tul, sabiex tiżdied l-effiċjenza, b'mod speċjali l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fil-prestazzjoni tan-netwerk u sabiex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq;
(g)
jiġi żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, waqt li tkun promossa kompetizzjoni effettiva u tgħin sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur rilevanti;
(h)
tingħata għajnuna fil-kisba ta' standards għolja ta' servizz universali u ta' servizz pubbliku fil-provvista tal-enerġija, filwaqt li jsir kontribut għall-ħarsien tal-klijenti vulnerabbli u għall-kompatibilità tal-proċessi neċessarji ta' skambju tad-data għall-bdil mill-klijenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|