|
+Artikolu 59 6. |
Artikolu 59 6.Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija u s-setgħat konferiti lilhom taħt il-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, meta operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jkun inħatar skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jingħataw għall-anqas id-dmirijiet u s-setgħat li ġejjin:
(a)
li jimponu penali taħt il-punt (d) tal-paragrafu 3 għal kondotta diskriminatorja favur l-impriża integrata vertikalment;
(b)
jissorveljaw il-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-impriża integrata vertikalment sabiex tkun żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni mal-obbligi tiegħu;
(c)
jaġixxu bħala awtoritajiet għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fir-rigward ta' kull ilment ippreżentat taħt l-Artikolu 60(2);
(d)
jissorveljaw ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji inkluż is-self bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
(e)
japprovaw kull relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni bil-kondizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tas-suq;
(f)
jeżiġu ġustifikazzjoni mill-impriża integrata vertikalment meta jiġu notifikati mill-uffiċjal għall-konformità taħt l-Artikolu 50(4), tali ġustifikazzjoni inkluż, b' mod partikolari, l-evidenza li turi li ma seħħet ebda kondotta diskriminatorja għall-vantaġġ tal-impriża integrata vertikalment;
(g)
iwettqu spezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fuq il-post tal-impriża integrata vertikalment u tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni; u
(h)
jassenjaw il-kompiti kollha jew dawk speċifiċi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni lil operatur tas-sistema indipendenti maħtur taħt l-Artikolu 44 fil-każ ta' ksur persistenti mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva, partikolarment fil-każ ta' kondotta diskriminatorja ripetuta għall-benefiċċju tal-impriża integrata vertikalment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|