+Artikolu 64 Żamma ta' reġistri
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
---+Artikolu 64 5.
|
Artikolu 64 Żamma ta' reġistri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri jżommu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet regolatorji, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, għal mill-anqas ħames snin, id-data rilevanti fir-rigward tat-tranżazzjonijiet kollha fil-kuntratti tal-provvista tal-elettriku u d-derivattivi elettriċi ma' klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 64 2.
|
Id-data għandha tinkludi dettalji dwar karatteristiċi finanzjarji, bħal tul ta' żmien, regoli dwar il-forniment u l-għeluq tat-tranżazzjonijiet rilevanti, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-pożizzjonijiet kollha miftuħin fil-kuntratti tal-provvista tal-elettriku u tad-derivattivi tal-elettriku.
|
|
Artikolu 64 3.
|
L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli lill-parteċipanti fis-suq, l-elementi ta' din l-informazzjoni, sakemm ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 64 4.
|
Dan l-Artikolu ma għandux joħloq obbligi addizzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 64 5.
|
Fil-każ li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu aċċess għad-data miżmuma mill-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet responsabbli taħt dik id-Direttiva għandhom jipprovdu dawk l-awtoritajiet bid-data meħtieġa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|