+Artikolu 66 Derogi
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
---+Artikolu 66 5.
---+Artikolu 66 6.
---+Artikolu 66 7.

Artikolu 66 Derogi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 66 1.
L-Istati Membri li jistgħu juru li hemm problemi sostanzjali għall-operazzjoni tas-sistemi konnessi żgħar tagħhom u sistemi iżolati żgħar, jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni għal derogi mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 7 u 8 u tal-Kapitoli IV, V, u VI.

Sistemi iżolati żgħar u Franza, għall-fini ta' Korsika, jistgħu japplikaw ukoll għal deroga mill-Artikoli 4, 5 u 6.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar tali applikazzjonijiet qabel ma tittieħed xi deċiżjoni, waqt li jkun kunsidrat ir-rispett lejn il-kunfidenzjalità.

Artikolu 66 2.
Id-derogi mogħtija mill-Kummissjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati fiż-żmien u soġġetti għal kondizzjonijiet li għandhom l-għan li jżidu l-kompetizzjoni u l-integrazzjoni fis-suq intern u li jiżguraw li d-derogi ma jfixklux it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, aktar flessibilità, ħżin tal-enerġija, elettromobbiltà u rispons għad-domanda.

Għal reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE, li ma jistgħux jiġu interkonnessi mas-swieq tal-Unjoni għall-elettriku, id-deroga ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien u għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet maħsubin biex jiżguraw li d-deroga ma tfixkilx it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli.

Id-deċiżjonijiet li jagħtu derogi għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 66 3.
L-Artikolu 43 ma għandux japplika għal Ċipru, il-Lussemburgu u Malta. Barra minn hekk, l-Artikoli 6 u 35 ma għandhomx japplikaw għal Malta u l-Artikoli 44, 45, 46, 47, 48, 49, 50 u 52 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 43(1), in-nozzjoni “impriża li taqdi kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista” ma għandhiex tinkludi l-klijenti finali li jaqdu xi waħda mill-funzjonijiet tal-ġenerazzjoni u/jew tal-provvista tal-elettriku, kemm direttament kif ukoll permezz ta' impriżi li għandhom kontroll fuqhom, kemm individwalment jew b'mod konġunt, sakemm il-klijenti finali inkluż l-ishma tagħhom tal-elettriku prodott f'impriżi kontrollati huma, fuq medja annwali, konsumaturi netti tal-elettriku u sakemm il-valur ekonomiku tal-elettriku li jbiegħu lil partijiet terzi huwa insinifikanti proporzjonalment għall-operazzjonijiet kummerċjali l-oħra tagħhom.

Artikolu 66 4.
Sal-1 ta' Jannar 2025, jew sa data aktar tard stabbilita f'deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 5 ma għandux japplika għal Ċipru u Korsika.
Artikolu 66 5.
L-Artikolu 4 ma għandux japplika għal Malta sal-5 ta' Lulju 2027. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ieħor li ma jaqbiżx tmien snin. L-estensjoni għal perjodu addizzjonali ieħor għandha ssir permezz ta' deċiżjoni skont paragrafu 1.
Artikolu 66 6.
B’deroga mill-Artikolu 40(4), l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq servizzi ta’ bbilanċjar ipprovduti minn fornituri domestiċi tal-ħżin tal-elettriku, operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni relatati, u faċilitajiet oħra li jkunu proprjetà ta’ operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni.

B’deroga mill-Artikolu 54(2), l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja jistgħu jippermettu lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-impriżi relatati ma’ operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni tagħhom jippossjedu, jiżviluppaw, jimmaniġġjaw u joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mingħajr ma jsegwu proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja u jistgħu jippermettu li tali faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jixtru jew ibigħu l-elettriku fis-swieq tal-ibbilanċjar.

Id-derogi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw sa tliet snin wara li l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja jkunu ssieħbu fiż-Żona Sinkronika Tal-Ewropa Kontinentali. Meta jkun meħtieġ biex tiġi ppreservata s-sigurtà tal-provvista, il-Kummissjoni tista’ tagħti estensjoni tal-perjodu inizjali ta’ tliet snin b’massimu ta’ ħames snin.

Artikolu 66 7.
B’deroga mill-Artikolu 40(4) u l-Artikolu 54(2), Ċipru jista’ jippermetti lill-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni tiegħu jippossjedi, jiżviluppa, jimmaniġġa u jopera faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mingħajr ma jsegwi proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja.

Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika sakemm is-sistema ta’ trażmissjoni f’Ċipru tkun konnessa ma’ sistemi ta’ trażmissjoni ta’ Stati Membri oħra permezz ta’ interkonnessjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.