|
+Artikolu 71 1. |
Artikolu 71 1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 sa 5, l-Artikolu 6(2) u (3), l-Artikolu 7(1), il-punt (j) u (l) tal-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) sa (12), l-Artikoli 11 sa 24, l-Artikoli 26, 28 u 29, l-Artikoli 31 sa 34 u 36, l-Artikolu 38(2), l-Artikoli 40 u 42, il-punt (d) tal-Artikolu 46(2), l-Artikoli 51 u 54, l-Artikoli 57 sa 59, l-Artikoli 61 sa 63, il-punti 1 sa 3, 5(b) u 6 tal-Artikolu 70 u l-Annessi I u II sal-31 ta' Diċembru 2020. Għandhom jgħaddu minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma':
(a)
il-punt (5)(a) tal-Artikolu 70 sal-31 ta' Diċembru 2019;
(b)
il-punt (4) tal-Artikolu 70 sal-25 ta' Ottubru 2020. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif għandha ssir dik id-dikjarazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|