+Artikolu 1 2
|
Artikolu 1 2
2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal:
|
(a)
|
dokumenti li l-forniment tagħhom hu attività li mhix fl-ambitu tal-kompitu pubbliku tal-korpi tas-settur pubbliku kkonċernati, kif definit bil-liġi jew b'regoli vinkolanti oħra tal-Istat Membru, jew fin-nuqqas ta' dawn ir-regoli, kif definit f'konformità mal-prattika amministrattiva komuni tal-Istat Membru inkwistjoni, diment li l-ambitu tal-kompiti pubbliċi jkun trasparenti u soġġett għal rieżami;
|
|
(b)
|
dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi:
|
(i)
|
maħluqa barra mill-ambitu tal-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali kif definit bil-liġi jew b'xi regoli vinkolanti oħra tal-Istati Membri;
|
|
(ii)
|
relatati ma' attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u għalhekk, skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, mhux soġġetti għar-regoli tal-akkwist;
|
|
|
(c)
|
dokumenti li partijiet terzi għandhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom;
|
|
(d)
|
dokumenti, bħal data sensittiva, li huma esklużi mill-aċċess minħabba r-reġimi tal-aċċess tal-Istat Membru, fosthom minħabba:
|
(i)
|
il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża jew is-sigurtà pubblika;
|
|
(ii)
|
il-kunfidenzjalità tal-istatistika;
|
|
(iii)
|
il-kunfidenzjalità kummerċjali (inkluż is-sigrieti kummerċjali, professjonali jew tal-kumpanniji);
|
|
|
(e)
|
dokumenti li l-aċċess għalihom huwa eskluż jew ristrett għal raġunijiet ta' informazzjoni sensittiva relatata mal-ħarsien tal-infrastruttura kritika kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/114/KE;
|
|
(f)
|
dokumenti li l-aċċess għalihom hu ristrett minħabba r-reġimi tal-aċċess tal-Istati Membri, inkluż meta ċ-ċittadini jew l-entitajiet ġuridiċi jridu jippruvaw interess partikolari biex jiksbu aċċess għad-dokumenti;
|
|
(g)
|
logi, emblemi u insinji;
|
|
(h)
|
dokumenti, li l-aċċess għalihom hu eskluż jew ristrett minħabba r-reġimi tal-aċċess għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-data personali, u partijiet ta' dokumenti aċċessibbli minħabba dawk ir-reġimi li fihom data personali li l-użu mill-ġdid tagħha ġie definit bil-liġi bħala inkompatibbli mal-liġi fejn tidħol il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali jew li jdgħajfu l-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu, b'mod partikolari f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali;
|
|
(i)
|
dokumenti miżmuma minn xandara tas-servizz pubbliku u s-sussidjarji tagħhom, jew minn korpi oħra jew is-sussidjarji tagħhom għat-twettiq tal-mandat tax-xandir tas-servizz pubbliku;
|
|
(j)
|
dokumenti miżmuma minn stabbiliment kulturali, għajr il-libreriji, inklużi l-libreriji universitarji, il-mużewijiet jew l-arkivji;
|
|
(k)
|
dokumenti miżmuma minn stabbilimenti edukattivi tas-sekondarja u tal-livelli aktar baxxi, u, fil-każ tal-istabbilimenti edukattivi l-oħra kollha, dokumenti għajr dawk imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1;
|
|
(l)
|
dokumenti għajr dawk imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 miżmuma mill-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u mill-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka, inkluż l-organizzazzjonijiet stabbiliti għat-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|