+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5
---+Artikolu 1 6
---+Artikolu 1 7

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Sabiex jiġi promoss l-użu ta' data miftuħa u tiġi stimulata l-innovazzjoni fil-prodotti u s-servizzi, din id-Direttiva tistabbilixxi sett ta' regoli minimi li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid ta':

(a)

id-dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(b)

id-dokumenti eżistenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi li:

(i)

huma attivi fl-oqsma definiti fid-Direttiva 2014/25/UE;

(ii)

qed jaġixxu bħala operaturi ta' servizzi pubbliċi skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007;

(iii)

qed jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008; jew

(iv)

qed jaġixxu bħala sidien ta' bastimenti tal-Komunità li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92;

(c)

id-data tar-riċerka, skont il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 10.

Artikolu 1 2

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

dokumenti li l-forniment tagħhom hu attività li mhix fl-ambitu tal-kompitu pubbliku tal-korpi tas-settur pubbliku kkonċernati, kif definit bil-liġi jew b'regoli vinkolanti oħra tal-Istat Membru, jew fin-nuqqas ta' dawn ir-regoli, kif definit f'konformità mal-prattika amministrattiva komuni tal-Istat Membru inkwistjoni, diment li l-ambitu tal-kompiti pubbliċi jkun trasparenti u soġġett għal rieżami;

(b)

dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi:

(i)

maħluqa barra mill-ambitu tal-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali kif definit bil-liġi jew b'xi regoli vinkolanti oħra tal-Istati Membri;

(ii)

relatati ma' attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u għalhekk, skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, mhux soġġetti għar-regoli tal-akkwist;

(c)

dokumenti li partijiet terzi għandhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom;

(d)

dokumenti, bħal data sensittiva, li huma esklużi mill-aċċess minħabba r-reġimi tal-aċċess tal-Istat Membru, fosthom minħabba:

(i)

il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża jew is-sigurtà pubblika;

(ii)

il-kunfidenzjalità tal-istatistika;

(iii)

il-kunfidenzjalità kummerċjali (inkluż is-sigrieti kummerċjali, professjonali jew tal-kumpanniji);

(e)

dokumenti li l-aċċess għalihom huwa eskluż jew ristrett għal raġunijiet ta' informazzjoni sensittiva relatata mal-ħarsien tal-infrastruttura kritika kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/114/KE;

(f)

dokumenti li l-aċċess għalihom hu ristrett minħabba r-reġimi tal-aċċess tal-Istati Membri, inkluż meta ċ-ċittadini jew l-entitajiet ġuridiċi jridu jippruvaw interess partikolari biex jiksbu aċċess għad-dokumenti;

(g)

logi, emblemi u insinji;

(h)

dokumenti, li l-aċċess għalihom hu eskluż jew ristrett minħabba r-reġimi tal-aċċess għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-data personali, u partijiet ta' dokumenti aċċessibbli minħabba dawk ir-reġimi li fihom data personali li l-użu mill-ġdid tagħha ġie definit bil-liġi bħala inkompatibbli mal-liġi fejn tidħol il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali jew li jdgħajfu l-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu, b'mod partikolari f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali;

(i)

dokumenti miżmuma minn xandara tas-servizz pubbliku u s-sussidjarji tagħhom, jew minn korpi oħra jew is-sussidjarji tagħhom għat-twettiq tal-mandat tax-xandir tas-servizz pubbliku;

(j)

dokumenti miżmuma minn stabbiliment kulturali, għajr il-libreriji, inklużi l-libreriji universitarji, il-mużewijiet jew l-arkivji;

(k)

dokumenti miżmuma minn stabbilimenti edukattivi tas-sekondarja u tal-livelli aktar baxxi, u, fil-każ tal-istabbilimenti edukattivi l-oħra kollha, dokumenti għajr dawk imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1;

(l)

dokumenti għajr dawk imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 miżmuma mill-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u mill-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka, inkluż l-organizzazzjonijiet stabbiliti għat-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka.

Artikolu 1 3

3.   Din id-Direttiva tibni fuq, u hija mingħajr preġudizzju għal, reġimi ta' aċċess tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Artikolu 1 4

4.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari għar-Regolament (UE) 2016/679 u għad-Direttiva 2002/58/KE u għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi nazzjonali.

Artikolu 1 5

5.   L-obbligi imposti f'konformità ma' din id-Direttiva għandhom japplikaw biss sakemm ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Berna, il-Ftehim TRIPS u d-WCT.

Artikolu 1 6

6.   Id-dritt għall-awtur ta' bażi tad-data previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE jenħtieġ li ma jiġix eżerċitat mill-korpi tas-settur pubbliku sabiex jiġi evitat l-użu mill-ġdid tad-dokumenti jew jiġi ristrett l-użu mill-ġdid lil hinn mil-limiti stabbiliti minn din id-Direttiva.

Artikolu 1 7

7.   Din id-Direttiva tirregola l-użu mill-ġdid tad-dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi tal-Istati Membri, inkluż id-dokumenti li għalihom tapplika d-Direttiva 2007/2/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.