4. Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, it-tariffi totali għandhom jiġu kkalkulati skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli. Tali kriterji għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Id-dħul totali mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti matul il-perijodu xieraq tal-kontabbiltà ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni, id-disseminazzjoni tagħhom kif ukoll tal-ħżin tad-data, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment, u – meta applikabbli – l-anonimizzazzjoni tad-data personali u l-miżuri meħuda biex titħares l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment.
It-tariffi għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mal-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli.