5. Meta jintalbu tariffi mill-korpi tas-settur pubbliku msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2, id-dħul totali mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti matul il-perijodu xieraq tal-kontabbiltà ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni, id-disseminazzjoni, il-ħżin tad-data, il-preservazzjoni u l-ikklerjar tad-drittijiet u, meta applikabbli, l-anonimizzazzjoni tad-data personali u l-miżuri meħuda biex titħares l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment.
It-tariffi għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mal-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli għall-korpi tas-settur pubbliku involuti.