1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw id-disponibbiltà tad-data tar-riċerka billi jadottaw politiki nazzjonali u azzjonijiet rilevanti bil-għan li jagħmlu d-data tar-riċerka ffinanzjata mill-pubbliku disponibbli b'mod miftuħ (“politiki tal-aċċess miftuħ”) skont il-prinċipju tal-ftuħ b'mod awtomatiku u b'mod kompatibbli mal-prinċipji FAIR. F'dak il-kuntest, għandu jitqies it-tħassib marbut mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-data personali u l-kunfidenzjalità, is-sigurtà u l-interessi kummerċjali leġittimi, skont il-prinċipju ta' “ftuħ kemm jista' jkun, għeluq skont kemm meħtieġ”. Dawk il-politiki tal-aċċess miftuħ għandhom jiġu indirizzati lill-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u lill-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka.