2. Mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 1(2), id-data tar-riċerka għandha tkun tista' tintuża mill-ġdid għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali f'konformità mal-Kapitoli III u IV, sakemm din tkun iffinanzjata mill-pubbliku u r-riċerkaturi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka jew l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jkunu diġà qiegħduha disponibbli għall-pubbliku permezz ta' repożitorju istituzzjonali jew ibbażat fuq is-suġġett. F'dak il-kuntest għandhom jitqiesu l-interessi kummerċjali leġittimi, l-attivitajiet għat-trasferiment tal-għarfien u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali eżistenti minn qabel.