4. Isem ta' dominju jista' jitħassar ukoll, u meta meħtieġ jingħadda sussegwentement lil parti oħra, wara ADR jew proċedura ġudizzjarja xierqa, skont il-prinċipji u proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu stabbiliti skont l-Artikolu 11, meta dak l-isem ikun identiku jew simili b'tali mod li joħloq konfużjoni għal isem li fir-rigward tiegħu hemm stabbilit dritt mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, u meta dan:
|
(a)
|
ikun ġie rreġistrat mid-detentur tiegħu mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-isem; jew
|
|
(b)
|
ikun ġie rreġistrat jew ikun qed jintuża b'mala fede.
|