+Artikolu 4 Reġistrazzjoni u tħassir ta' ismijiet ta' dominju
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6

Artikolu 4 Reġistrazzjoni u tħassir ta' ismijiet ta' dominju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Isem ta' dominju għandu jiġi allokat lill-parti eliġibbli li t-talba tagħha tkun wasslet l-ewwel għand r-Reġistru b'mod teknikament korrett, kif stabbilit mill-proċeduri għat-talbiet tar-reġistrazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 11.

Artikolu 4 2

2.   Isem ta' dominju rreġistrat ma għandux jibqa' disponibbli għal aktar reġistrazzjoni sakemm ir-reġistrazzjoni tiskadi u ma terġax tiġġedded jew sakemm jitħassar l-isem ta' dominju.

Artikolu 4 3

3.   Ir-Reġistru jista' jħassar isem ta' dominju minn jeddu, mingħajr ma jgħaddi t-tilwima għal ADR jew proċedura ġudizzjarja, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

ikun hemm djun mhux imħallsa dovuti lir-Reġistru;

(b)

id-detentur tal-isem ta' dominju ma jissodisfax il-kriterji tal-eliġibbiltà skont l-Artikolu 3;

(c)

id-detentur tal-isem ta' dominju jikser ir-rekwiżiti għat-talbiet tar-reġistrazzjoni stabbiliti skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 11.

Artikolu 4 4

4.   Isem ta' dominju jista' jitħassar ukoll, u meta meħtieġ jingħadda sussegwentement lil parti oħra, wara ADR jew proċedura ġudizzjarja xierqa, skont il-prinċipji u proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu stabbiliti skont l-Artikolu 11, meta dak l-isem ikun identiku jew simili b'tali mod li joħloq konfużjoni għal isem li fir-rigward tiegħu hemm stabbilit dritt mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, u meta dan:

(a)

ikun ġie rreġistrat mid-detentur tiegħu mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-isem; jew

(b)

ikun ġie rreġistrat jew ikun qed jintuża b'mala fede.

Artikolu 4 5

5.   Meta isem ta' dominju jitqies minn qorti ta' Stat Membru li jkun malafamanti, razzist jew kuntrarju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika skont il-liġi tal-Unjoni, jew skont liġi nazzjonali li tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni, dak l-isem ta' dominju għandu jiġi mblokkat mir-Reġistru malli dan jiġi notifikat bid-deċiżjoni tal-qorti u għandu jitħassar malli tiġi notifikata d-deċiżjoni finali tal-qorti. Ir-Reġistru għandu jimblokka minn reġistrazzjoni futura dawk l-ismijiet ta' dominju li jkunu soġġetti għal dik l-ordni tal-qorti sakemm dik l-ordni tibqa' valida.

Artikolu 4 6

6.   L-ismijiet ta' dominju rreġistrati taħt it-TLD .eu għandhom ikunu trasferibbli biss lil partijiet li jkunu eliġibbli għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet tat-TLD .eu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.03.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0517
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.