2. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew għad-drittijiet u l-obbligi rikonoxxuti mill-Istati Membri jew mill-Unjoni li jirriżultaw minn strumenti internazzjonali, il-kuntratti bejn ir-Reġistru u r-Reġistraturi kif ukoll il-kuntratti bejn ir-Reġistraturi u r-reġistranti tal-ismijiet ta' dominju la għandhom jagħżlu, bħala l-liġi applikabbli, xi liġi li mhix il-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri, u lanqas ma għandhom jaħtru, bħala l-korp tar-riżoluzzjoni tat-tilwim, xi qorti, xi tribunal tal-arbitraġġ jew xi korp ieħor li jinsabu barra mill-Unjoni.