+Artikolu 6 Riżervazzjoni tal-ismijiet ta' dominju
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4

Artikolu 6 Riżervazzjoni tal-ismijiet ta' dominju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Ir-Reġistru jista' jirriżerva jew jirreġistra għadd ta' ismijiet ta' dominju li jitqiesu meħtieġa għall-funzjonijiet operazzjonali tiegħu skont il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 8(4).

Artikolu 6 2

2.   Il-Kummissjoni tista' titlob lir-Reġistru biex jirriżerva jew jirreġistra ismijiet ta' dominju direttament taħt it-TLD .eu biex jintużaw minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni.

Artikolu 6 3

3.   L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-ismijiet ta' dominju li diġà ġew riżervati jew irreġistrati, jgħarrfu lill-Kummissjoni b'lista ta' ismijiet ta' dominju li:

(a)

ma għandhomx jiġu rreġistrati, abbażi tal-liġi nazzjonali tagħhom; jew

(b)

jistgħu jiġu rreġistrati jew riżervati biss fit-tieni livell mill-Istati Membri.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dawn l-ismijiet ta' dominju għandhom ikunu limitati għal termini ġeografiċi jew ġeopolitiċi rikonoxxuti b'mod wiesa' li jaffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tal-Istati Membri.

Artikolu 6 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-listi notifikati mill-Istati Membri permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.03.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0517
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.