3. L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-ismijiet ta' dominju li diġà ġew riżervati jew irreġistrati, jgħarrfu lill-Kummissjoni b'lista ta' ismijiet ta' dominju li:
|
(a)
|
ma għandhomx jiġu rreġistrati, abbażi tal-liġi nazzjonali tagħhom; jew
|
|
(b)
|
jistgħu jiġu rreġistrati jew riżervati biss fit-tieni livell mill-Istati Membri.
|
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dawn l-ismijiet ta' dominju għandhom ikunu limitati għal termini ġeografiċi jew ġeopolitiċi rikonoxxuti b'mod wiesa' li jaffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tal-Istati Membri.