+Artikolu 10 Obbligi tar-Reġistru
---+Artikolu 10 (a)
---+Artikolu 10 (b)
---+Artikolu 10 (c)
---+Artikolu 10 (d)
---+Artikolu 10 (e)
---+Artikolu 10 (f)
---+Artikolu 10 (g)
---+Artikolu 10 (h)
---+Artikolu 10 (i)
---+Artikolu 10 (j)
---+Artikolu 10 (k)
---+Artikolu 10 (l)
---+Artikolu 10 (m)
|
Artikolu 10 Obbligi tar-Reġistru
Ir-reġistru għandu jkollu l-obbligu li:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 (a)
|
jippromwovi t-TLD .eu fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi sabiex jiżgura l-kompetittività tiegħu;
|
|
Artikolu 10 (b)
|
josserva r-regoli, il-politiki u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 8(4) u, b'mod partikolari, il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
|
|
Artikolu 10 (c)
|
jorganizza, jamministra u jimmaniġġja t-TLD .eu fl-interess pubbliku ġenerali u jiżgura fl-aspetti kollha tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni tat-TLD .eu, kwalità għolja, trasparenza, sigurtà, stabbiltà, prevedibbiltà, affidabbiltà, aċċessibbiltà, effiċjenza, nondiskriminazzjoni, kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni u protezzjoni tal-konsumatur;
|
|
Artikolu 10 (d)
|
jagħmel kuntratt xieraq li jipprovdi għad-delega tal-kodiċi tat-TLD .eu, soġġett għall-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni;
|
|
Artikolu 10 (e)
|
iwettaq ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet ta' dominju fit-TLD .eu, meta mitlub minn xi parti eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 3;
|
|
Artikolu 10 (f)
|
jiżgura, mingħajr preġudizzju għal xi proċedimenti tal-qorti u soġġett għal garanziji proċedurali adegwati għall-partijiet konċernati, il-possibbiltà għar-Reġistraturi u għar-reġistranti li jsolvu tilwima kuntrattwali mar-Reġistru quddiem ADR;
|
|
Artikolu 10 (g)
|
jiżgura d-disponibbiltà u l-integrità tad-databases tal-ismijiet ta' dominju;
|
|
Artikolu 10 (h)
|
bil-kunsens tal-Kummissjoni, jagħmel ftehim, u jġarrab l-ispejjeż tiegħu hu stess, ma' fiduċjarju b'reputazzjoni tajba jew ma' aġent terz ieħor stabbilit fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, li jaħtar lill-Kummissjoni bħala l-benefiċjarja tal-ftehim li jkun qed jinżamm mill-fiduċjarju, u li kull jum jibgħat kopja elettronika aġġornata tal-kontenut kurrenti tad-database tat-TLD .eu lill-fiduċjarju b'reputazzjoni tajba jew lill-aġent terz;
|
|
Artikolu 10 (i)
|
jimplimenta l-listi msemmija fl-Artikolu 6(3);
|
|
Artikolu 10 (j)
|
jippromwovi l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-internet, inter alia billi jieħu sehem f'fora internazzjonali;
|
|
Artikolu 10 (k)
|
jippubblika l-prinċipji u l-proċeduri dwar l-funzjonament tat-TLD .eu stabbiliti skont l-Artikolu 11 bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
|
|
Artikolu 10 (l)
|
iwettaq awditu minn korp indipendenti, u jġarrab l-ispejjeż tiegħu hu stess, mill-inqas kull sentejn biex jiċċertifika l-konformità ma' dan ir-Regolament u jibgħat l-eżitu ta' dan l-awditu lill-Kummissjoni;
|
|
Artikolu 10 (m)
|
jipparteċipa, meta titolbu l-Kummissjoni, fil-ħidma tal-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu u jikkoopera mal-Kummissjoni biex jittejbu l-funzjonament u l-immaniġġjar tat-TLD .eu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.03.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0517
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|