3. Il-grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' partijiet interessati li huma stabbiliti fl-Unjoni. Dawk ir-rappreżentanti għandhom jittieħdu mis-settur privat, mill-komunità teknika, mis-soċjetà ċivili u mill-komunità akkademika, kif ukoll mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Rappreżentanti minbarra dawk magħżula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proċedura miftuħa, nondiskriminatorja u trasparenti, b'attenzjoni sħiħa għall-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.