+Artikolu 14 Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
|
Artikolu 14 Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu. Il-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu għandu jkollu dawn il-kompiti li ġejjin:
|
(a)
|
jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
jagħti opinjonijiet lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet strateġiċi relatati mal-immaniġġjar, l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tat-TLD .eu, inklużi kwistjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà u mal-protezzjoni tad-data;
|
|
(c)
|
jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-monitoraġġ u s-superviżjoni tar-Reġistru, b'mod partikolari fir-rigward tal-awditu msemmi fil-punt (l) tal-Artikolu 10;
|
|
(d)
|
jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki f'dak li jirrigwarda politiki u miżuri kontra reġistrazzjonijiet abbużivi ta' ismijiet ta' dominju, b'mod partikolari reġistrazzjonijiet mingħajr drittijiet jew interessi leġittimi u reġistrazzjonijiet użati b'mala fede.
|
|
|
Artikolu 14 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe parir u rakkomandazzjoni pprovduti mill-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. Il-grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' partijiet interessati li huma stabbiliti fl-Unjoni. Dawk ir-rappreżentanti għandhom jittieħdu mis-settur privat, mill-komunità teknika, mis-soċjetà ċivili u mill-komunità akkademika, kif ukoll mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Rappreżentanti minbarra dawk magħżula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proċedura miftuħa, nondiskriminatorja u trasparenti, b'attenzjoni sħiħa għall-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.
|
|
Artikolu 14 4
|
4. Minkejja l-paragrafu 3, il-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu jista' jinkludi rappreżentant wieħed tal-partijiet interessati stabbiliti barra l-Unjoni.
|
|
Artikolu 14 5
|
5. Il-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni jew minn persuna maħtura mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali lill-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.03.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0517
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|