|
+Artikolu 6 5. |
Artikolu 6 5.Il-manifatturi jistgħu jidħlu f'arranġamenti ta' konsorzju bil-kundizzjoni li l-ftehimiet jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u jippermettu l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f'termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta' konsorzju għandhom jiżguraw b'mod partikolari li ma jsir l-ebda skambju ta' data u lanqas ta' informazzjoni fil-kuntest tal-arranġament tal-konsorzju tagħhom, għajr fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2;
(b)
il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi;
(c)
l-għadd totali ta' vetturi rreġistrati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|